Lokali Temp

Lanqas tinduna li bdiet ir-Rebbiegħa

Jidher li l-ewwel jiem tar-Rebbiegħa ftit li xejn se joffrulna temp sabiħ. Hekk jindika t-tbassir għall-ġranet li ġejjin, hekk kif il-21 ta’ Marzu immarka uffiċjalment il-bidu tal-istaġun tar-Rebbiegħa meta t-temp sippost jibda jaqleb xi ftit.

Iżda għal min ma jħobbx ix-Xitwa, żgur illi jrid jistenna ftit ieħor biex jibda jara xaqq ta’ xemx u temp kemmxejn aktar sajfi.

Bejn illum u għada pajjiżna se jerġa’ jintlaqat minn riħ qawwi ħafna, li mistenni jibda jbatti xi ftit fis-sigħat li ġejjin. Dan qed jaffetwa partikolarment il-kosta tul il-Lvant tal-pajjiż.

Ir-riħ qawwi se jbatti ftit il-Ħadd, għalkemm xorta mistennija ġurnata ta’ temp imsaħħab. Il-Ġimgħa u s-Sibt imbassra x-xita.