Internazzjonali

New Zealand se tiprojbixxi l-armi militari f’idejn in-nies

Il-PM ta' New Zealand Jacinda Ardern fil-Parlament
Il-Pulizija kkonfermaw li issa l-vittmi kollha ġew identifikati

Il-Gvern ta’ New Zealand ħabbar li se jkun qed jiprojbixxi kull bejgħ ta’ armi semi-awtomatiċi u assault rifles. Dan wara l-attakk fi Christchurch li ħalla 50 persuna mejta.

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern qalet illi l-emendi għal-liġi għandhom jidħlu fis-seħħ sal-11 t’April li ġej. “L-istorja ta’ pajjiżna kienet immarkata u inbidlet għal dejjem. Issa anke l-liġi inbiddlu”, qalet Ardern.

Jidher illi l-Gvern se jintroduċi skema sabiex jakkwista lura l-armi li qedgħin fl-idejn. Din taf tiswa’ lill-pajjiż ‘il fuq minn $130 miljun.