Ħadd ma weġġa’ meta dgħajsa inqatgħet minn fuq karru bir-roti waqt li din kienet qed tinġibed fit-triq li mill-mini ta’ Santa Venera twassal lejn il-Marsa. Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-11am.
Nies li tkellmu ma’ Net News qalulna illi l-inċident possibilment seħħ meta s-sewwieq li kien qed jiġbed il-karru tad-dgħajsa b’tow truck għal xi raġuni ħa break qawwi. Dan wassal biex id-dgħajsa inqatgħet mill-irbit li kellha, u spiċċat inqalbet fuq il-barriera li hemm fil-ġenb ta’ din il-bypass.
Għal xi ħin inġema ammont kbir ta’ traffiku fiż-żona sakemm tneħħa kull periklu.
//= $special ?>