Fil-jiem waqt li kien qed jattendi s-Summit tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ltaqa’ fost l-oħrajn mal-Kap tal-Oppożizzjoni Griega u Kap tal-Partit Nea Demoratia Kriakos Mitsotakis.
Il-laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja saret fid-dawl tal-vot meħud mill-mexxejja tal-PPE biex il-Partit Ungeriż Fidesz ikun sospiż b’seħħ immedjat.
Delia u Mitsotakis iddiskutew l-importanza li l-piż tal-immigrazzjoni jitqassam aħjar fost il-Pajjiżi Membri, filwaqt li tennew il-pożizzjoni komuni taż-żewġ partiti li s-saltna tad-dritt tkun l-ewwel prijorità. Huma tennew li m’għandux ikun hemm ‘double standards’ fl-Ewropa.
//= $special ?>