Internazzjonali

Alġerija: L-ebda tmiem għall-protesti kontra l-President

Fl-Alġerija qed tkompli l-mewġa ta’ protesti fit-toroq kontra l-President Abdelaziz Bouteflika, bil-poplu jinsisti biex hu jwarrab mill-poter mill-aktar fis.

Id-dimostrazzjonjiet kontra l-President issa għalqu xahar mindu hu kien ħabbar li kellu jikkuntesta għal ħames mandat ta’ poter konsekuttiv u minkejja li Bouteflika, imbagħad, kellu jibdel il-ħsieb wara li l-poplu esprima biċ-ċar li kien kontra d-deċiżjoni.

Għalkemm Bouteflika  ħabbar li mgħandux jikkuntesta mill-ġdid, il-protesti f’Alġeri ma jidhrux li qed ibattu, speċjalment wara li ġew posposti l-elezzjonijiet għall-Presidenza li  kienu programmati għat-18 ta’ April.