Internazzjonali

ĊINA: Jitla’ għal 47 in-numru tal-vittmi

Ritratt: sbs.com.au

Tela’ għal 47 in-numru ta’ mejta wara l-isplużjoni ta’ impjant kimiku fiċ-Ċina li seħħet ilbieraħ, filwaqt li tal-anqas 90 oħra ġarrbu ġrieħi gravi.

L-isplużjoni seħħet wara li żviluppa nar f’fabbrika tal-fertilizzant.

L-istess splużjoni kkawżat theżżiża ta’ 2.2 fuq l-iskala Richter.

Dan huwa l-għar inċident industrijali fl-aħħar snin fiċ-Ċina.

Hu mifhum li madwar 640 persuna ttieħdu l-isptar b’ħafna minnhom jinsabu f’qagħda kritika, u mhux eskluż li n-numru tal-vittmi jkompli jikber.