Ekonomija Lokali

Crane Currency fi skandlu finanzjarju

Edward Scicluna jgħid li ma jaf xejn dwar il-każ ta’ Crane Currency li qed jiġu akkużati li pproduċew valuta ta’ dollari tal-Liberia żejda llegalment.

L-għada li ġiet inawgurata l-fabbrika f’Malta, il-Gvern tal-Liberia fetaħ kawża kriminali kontra Crane Currency b’akkużi li din il-kumpanija aċċettat ‘il fuq minn 800,000 dollaru Amerikan biex tipproduċi iktar karti ta’ valuta ta’ dollari tal-Liberia milli suppost.

Kif ġie żvelat mis-sit ShiftNews, Crane Currency tinsab akkużata li pproduċiet madwar $2,645,000,000 tal-Liberia żejda.

Barra minn hekk, il-kumpanija hija akkużata wkoll li ċċirokolat dawn il-flus fis-suq tal-Liberia. Mossa li tissarraf fi frodi tal-Bank Ċentrali tal-Liberia.

Iżda mistoqsi dwar dan il-każ u jekk jinsabx imħasseb dwar dan, Scicluna wieġeb li ma jaf xejn dwar il-każ u li għandu ħafna affarijiet oħra jinkwetawh.

Crane Currency fetħet fabbrika f’pajjiżna u ġiet inawguarat uffiċċjalment propju l-Ħamis. Skont Joseph Muscat, Keith Schembri kien kruċjali fin-negozjati biex ġiet Malta din il-kumpanija.

Intant

Intant f’komunikat fuq is-sit tagħhom, Crane Currency qalu li huma ma kienu ġew akkużati bl-ebda att kriminali u li f’kull ħin operaw skont il-liġi,