Fi stqarrija, l-għaqda ambjentali Din l-Art Ħelwa (DLĦ) qalet li ma taqbilx mal-proposta tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA), li appellat lill-Prim Ministru biex jiffaċilita l-kostruzzjoni f’żoni li s’issa għadu mhux permess bl-iskuża li tipproteġi żoni ta’ konservazzjoni urbana.
Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MDA, il-President tal-Assoċjazzjoni kkummenta kif l-iżviluppaturi qed jiffaċċjaw dewmien f’diversi drabi minħabba tħassib dwar il-wirt kulturali. U minflok ma jibnu fiċ-ċentru tal-irħula, l-iżviluppaturi jridu jkollhom ċans jibnu aktar meta joħorġu barra miċ-ċentru.
Iżda għad-DĦL, din il-proposta tirrofina kompletament ir-regolamenti tal-ippjanar, li jeżistu biex ikunu ssalvagwardjati l-interessi tal-komunità. Dan ifisser li l-protezzjoni tal-qalba tal-irħula ma tistax tkun innegozjata ma’ regoli eżistenti tal-ippjanar għal żoni oħra.
DLĦ appellat lill-Gvern biex jiċħad immedjatament u b’mod inekwivoku, filwaqt li jsaħħaħ il-protezzjoni għaż-żoni urbani.
L-MDA tikkjarifika …
Fi tweġiba għal din l-istqarrija, kelliem għall-MDA qal li mhux minnu li l-proposti tal-Assoċjazzjoni jitrattaw iċ-ċentri tal-irħula għax dawn huma u għandhom jibqgħu protetti bil-politika tal-ippjanar.
L-MDA iċċarat li qed tirreferi biss għaż-żona ‘il barra miċ-ċentru tal-irħula fejn hu permissibbli li jitwaqqgħu residenzi u jinbnew minimu ta’ ħames sulari.
Din il-politika ilha approva aktar minn 10 snin u temmen li għad hemm iċ-ċans li tkun salvata l-identità ta’ ċerti villaġġi u rħula billi ma jkomplux jaqgħu aktar binjiet bħalma jista’ jsir sal-lum.