Il-Ministru Evarist Bartolo ma kkommettix ruħu meta se jkunu lesti l-iskejjel taż-Żejtun u tal-Qawra. Dan meta naqas milli jwieġeb il-mistoqsijiet li sarulu minn dan l-istazzjon.
Il-Ministru Evarist Bartolo ma kkommettix ruħu meta se jkunu lesti l-iskejjel taż-Żejtun u tal-Qawra. Dan meta naqas milli jwieġeb il-mistoqsijiet li sarulu minn din il-kamra tal-aħbarjiet.
Minkejja li l-Gvern qal li se jiftaħ l-iskola l-ġdida tal-Qawra f’Settembru li ġej, rapporti qed jindikaw li xorta nħarġet offerta ġdida biex jinxtraw klassijiet-kontejners ġodda. Is-sorsi tal-Ministeru ddeskrivew il-pass bħala: “Pjan f’każ li l-proġett jittardja għal darb’oħra”. Fil-fatt, il-Ministru Bartolo naqas milli jgħidilna meta se tkun lesta din l-iskola.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni stqarr magħna wkoll li f’Malta qatt ma nġiebu jew se jinġiebu kontejners-klassijiet, kif ukoll ċaħad ir-rapporti riċenti fil-midja lokali dwar dan.
Evarist Bartolo wissiena kemm il-darba biex ma nużawx aktar il-kelma kontejners, għax skont hu l-istudenti mhux qiegħdin f’kontejners.
Dwar dan…. il-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina, li taħtu taqa’ l-iskola ta’ San Pawl il-Baħar ukoll kien qal li ma jistax ikun li l-istudenti jibqgħu jiġu mgħallma f’kontejners.
Madankollu fuq din il-kwistjoni, il-prijorità tal-Ministru tal-Edukazzjoni kienet biss it-twissija biex ma nibqgħux insejjħu il-klassijiet-kontejners kif inhuma fil-verità – kontejners.
//= $special ?>