Lokali

Garaxx jinħakem minn nirien f’Santa Venera

Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu garaxx f’Santa Venera.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.45 ta’ waranofsinhar hekk kif għal xi raġuni garaxx li jinsab fi Triq Misraħ il-Barrieri inħakem minn nirien li bdew minn dispensor.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien, b’kelliem għall-pulizija jgħid ma’ Net News li ma kienx wieħed żgħir.