Il-Ministru tat-Transport Ian Borg ma weġibx jekk hu jinsabx kommess li s-sistema tal-metro tkun estiża anki għal Għawdex.
Meta staqsejnih jekk hux se jsir forma ta’ referendum mal-Għawdxin dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, hu wkoll ma kommettiex ruħu, anzi ħarab milli jtina tweġiba dettaljata.
Mistoqsi dwar it-talba ripetuta u spissa tal-Għawdxin rigward il-Fast-Ferry, Ian Borg farfar ir-responsabbilità fuq il-Minsteru u l-Ministru t’Għawdex Justyne Caruana. Hu infatti qalilna biex nistaqsu hemm, għax hu bħala Ministru tat-Transport ma jafx.
Fid-dawl ta’ dan kollu il-Ministru Ian Borg naqas milli jtina spjegazzjoni fuq il-konsultazzjoni li qed issir mal-Għawdxin dwar dawn il-materji li l-aktar jolqtu lilhom direttament.
//= $special ?>