Lokali

AĠĠORNATA: Raġel iweġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni

Ħaddiem barrani kellu jittieħed l-isptar Mater Dei b’urġenza wara li kmieni dalgħodu waqa’ madwar 2 sulari f’sit ta’ kostruzzjoni.

Il-każ seħħ fi Triq Depiro f’Tas-Sliema, għall-ħabta tad-8:30am.

Il-Pulizija marru immedjatament fil-post, fejn waslet ukoll ambulanza.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel għandu 32 sena u hu mill-Bangladesh. Hu joqgħod il-Gżira.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Masanne Farruġia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha flInkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.