Somalu ta’ 29 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li weġġa’ fl-impjant tar-Reverse Osmosis ta’ Pembroke.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.20am, meta għal xi raġuni jidher li s-Somalu ntlaqat minn ġebel. Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.
Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna, qabel ma r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Marseanne Farrugia, li ħatret diversi esperti biex jassistuha, filwaqt li aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>