Hija evidenti d-devozzjoni minn dawk kollha li daħlu fil-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta matul il-ġurnata tas-Sibt biex jaraw il-proċess ta’ restawr li wasal fih il-Kurċifiss Mirakuluż.
Għal dan l-għan saret tieqa għal tal-apposta biex wieħed mhux biss jara l-proċess iżda jara wkoll r-restawraturi jaħdmu fuqu sakemm finalment jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Net News tkellem ma’ persuna li kien hemm ħdejn il-Kurċifiss fejn qalilna x’ifisser għalih dan il-kurċifiss.
Il-Kurċifiss mirakuluż għandu madwar 400 sena, b’diversi persuni jżuru din il-Knisja b’devozzjoni għalih. Dan kien sar minn Dun Innocenzo de Petralia, bit-titlu ta’ Mirakuluż ġie hekk kif leġġenda marbuta miegħu tgħid li wiċċ il-kurċifiss instab lest waħdu.Ir-restawr mistenni li jitlesta fil-bidu ta’ Mejju fejn imbagħad se ssir l-inawgurazzjoni tiegħu.
//= $special ?>