Lokali

Ajruplan tal-Air Malta tiżviluppalu ħsara – idur lura lejn Malta

Titjira tal-Air Malta li matul il-lejl li għadda kellha tasal f’Moska, ir-Russja, kellha ddur lura lejn Malta ftit tal-ħin biss wara li ħalliet l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Jirriżulta li ftit iktar minn siegħa wara li ħalla pajjiżna, il-pilota kien sfurzat idur lura minħabba li allegatament żviluppat problema teknika.

L-ajruplan qatta’ xi ħin idur qrib pajjiżna biex inaqqas il-livell ta’ fjuwil li kellu u b’hekk ikun jista’ jinżel lura f’Malta b’mod sigur.

L-ajruplan, tat-tip Airbus A-320, kien qed jopera t-titjira KM560 lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Sheremetyevo. It-titjira operat xi ħin wara, permezz ta’ ajruplan ieħor.