Internazzjonali

BREXIT: Eluf jinżlu fit-toroq jitolbu t-tieni referendum

Folol kbar ħonqu ċ-ċentru tal-kapitali Ingliża Londra sabiex jitolbu lil Theresa May issejjaħ it-tieni referendum dwar Brexit. Dan fl-istess waqt li aktar minn 4.3 miljun ruħ iffirmaw petizzjoni online fuq is-sit tal-House of Commons fejn qed issir l-istess talba.

Il-marċ ta’ protesta kontra Brexit beda mill-inħawi ta’ Hyde Park u baqa’ sejjer lejn il-Parlament Ingliż f’Westminster.

Fuq quddiem nett f’din il-protesta kien hemm is-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan u l-First Minister tal-Iskozja Nicola Sturgeon.

Il-marċ ta’ protesta ingħata l-isem  Put It To The People.