“Tal-mistħija!” – Hekk ilmentaw numru ta’ dilettanti tal-Karnival fuq Facebook wara li ġew imkeċċa mill-maħżen li kienu jużaw.
Huma qalu li issa spiċċaw barra wara li spiċċaw il-festi tal-karnival.
Fil-post sostnew li issa tawhom żewġ kontejners biex jitfgħu l-materjal ġo fihom, u huma anki qalu li l-materjal biss biss lanqas joqgħod kollu f’dawn il-kontejners li huma ingħataw.
Parteċipanti oħra tal-Karnival fuq Facebook urew id-dispjaċir tagħhom fuq dan, u kif ukoll sostnew li mhux sew li d-dilettanti tal-Karnival qed jiġu trattati b’dan il-mod.
F’messaġġ li l-Kap tal-PN Adrian Delia kien għadda fil-Marsa ftit tal-ġimgħat ilu huwa sostna li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tibqa’ taħdem biex dawk responsabbli jieħdu tassew ħsieb il-ħtiġijiet tad-dilettanti tal-karnival, fejn fost l-oħrajn għandhom nuqqas ta’ fondi, u nuqqas ta’ għajnuna.
Adrian Delia qal li akkost dan kollu r-riżultat tagħna l-Maltin dejjem ikun fost l-aqwa fl-Ewropa jew anki l-aqwa fuq skala dinji, u dan huwa riżultat fuq kemm hemm ħtieġa li din l-arti tiġi mħarsa u mgħejuna għax hemm tassew il-potenzjal u t-talent.