Lokali

F’PACEVILLE: Iweġġa’ gravi dak li pprova jwaqqaf il-ġlieda

Żewġt irġiel qed isofru minn ġrieħi gravi.

Tilwima bejn 6 persuni f’Paceville wasslet biex żewġt irġiel wieħed ta’ 27 u l-ieħor ta’ 34 jittieħdu l-isptar, biż-żewġt t’irġiel isofru minn ġrieħi gravi.

L-argument sar għall-ħabta tas-6 ta’ filgħodu fi Triq San Ġorġ.L-argument kien bejn 2 Kolombjani u 4 persuni oħra, allegatament Kolombjani wkoll. Wieħed miż-żewġ persuni weġġa’, filwaqt li l-ieħor ħarab minn fuq il-post flimkien mal-erbgħa l-oħra.

Hawnhekk intervjena r-raġel l-ieħor ta’ 34 sena li pprova jferraq il-ġlied, iżda dan safa’ vittma tal-ġlieda. Il-pulizija qalulna li bħala arma fil-ġlieda ntuża flixkun.

Iż-żewġ persuni midruba ttieħdu l-isptar permezz ta’ ambulanza u ftit tal-ħin wara ġew iċċertifikati li qed isofru minn grieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.