Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7am il-Pulizija żammew żewġ kaċċaturi li ftit qabel dehru jisparaw f’Ħal Far mill-għaqda CABS. Dan meta bħalissa l-istaġun tal-kaċċa huwa magħluq.
Il-ħidma kienet kordinata mill-Pulizija tal-ALE, li rnexxielhom jaqbdu lill-kaċċaturi fil-fatt waqt li kienu f’għelieqi viċin l-ajruport, f’zona magħrufa bħala Misraħ Ħlantun.
Il-CABS qalet li ż-żewġ s-snieter kienu attrezzatti b’silencer sabiex ma jinstemgħux. Dan huwa illegali.
Qalet ukoll li mill-post il-Pulizija kkonfiskaw is-snieter, kif ukoll bird caller.
//= $special ?>