Lokali

Jittajjar tifel f’Ħal Qormi

Tifel ta’ 11-il sena jsofri ġrieħi ħfief wara li ttajjar għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.

L-inċident seħħ hekk kif għal xi raġuni t-tifel intlaqgħat  minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Mosta.

Pulizija u tim mediku ssejħu fuq l-post li ħadu lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura.