Ambjent Lokali

Kaċċaturi San Ubertu urtati bl-istqarrija tal-BirdLife

Il-KSU titlob li Birdlife Malta biex tneħħi l-estemisti li tħaddan

Kaċċaturi San Ubertu (KSU) tirreferi għal stqarrija ta’ Birdlife Malta fejn intqal “nibqaw sodi u konsistenti li kaċċa waqt l-staġun tar-rebbiegħa hija totalment inaċċettabbli”.

F’demokrazija ir-rieda tal-maġġoranza trid tiġi rrispettata. Il-KSU qalu li dan mhux il-każ għal Birdlife Malta li ripetutament tinjora rebħa ċara tal-maġġornaza u tippersisti fil-kruċjata biex teqred li kaċċa fir-rebbiegħa.

Il-KSU tenfasizza li kaċċa fir-rebbiegħa permezz ta deroga giet ikkonfermata mill Qorti tal Ġustizzja tal-Ewropa bħala mezz biex dan l-aspett tal kultura Maltija ikompli.

“Iżda għal Birdlife Malta id-definizzjoni ta’ kultura tal-kaċċa hija biss mezz biex il-gvernijiet jerbħu l-voti jekk id-drtiitjiet u privileġġi tal-kaccatur jiġu mħarsa.Il-KSU tikkonsidra l-estremismu tal Birdlife Malta bħala inaċċettabbli f’pajjiz demokratiku u kwalunkwe parteċipazzjoni f’decizjoniet dwar il-kaċċa inaċċettabbli”.

Fl-istqarrija, intqal illi l-ħsara li issir ripetutament minn l-azzjonijiet ta’ dannu tal Birdlife Malta hija raġuni valida biex it-talbiet tagħha jiġu injorati sakemm ma’ jitfaċċax xi Gvern li jaqbel ma’ l-estremiżmu.  Il-KSU titlob li Birdlife Malta biex tneħħi l-estemisti li tħaddan jekk trid tirbaħ ir-rispett tal-poplu Malti u l-awtoritajiet Maltin.