Lokali

Konrad Mizzi igiddeb lilu nnifsu

Il-Ministru Konrad Mizzi inqabad jigdeb meta is-Sibt qalilna li qatt ma ltaqa’ mas-sid tal-Bank Pilatus, Ali Sadr Hasheminejad. Dan meta sena ilu fil-Kamra tar-Rapprezentanti kien ammetta li VERU kien iltaqa’ mieghu…kif jixhdu dokumenti ufficjali tal-Parlament.

F’seduta Parlamentari f’April tas-sena li ghaddiet, meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Karol Aquilina dwar laqghat li Mizzi seta’ kellu ma’ Ali Sadr, il-Ministru Konrad Mizzi kien qal hekk.

Sadattant, mistoqsi dwar jekk jafx li infetħet inkjesta maġisterjali ġdida dwar il-Bank Pilatus, Konrad Mizzi għamel bħal Owen Bonnici u għażel li ma jammettix li għaddeja din l-inkjesta.

Kien is-sit elettroniku LovinMalta li ppubblika din l-aħbar aktar kmieni din il-gimgha.

Ali Sadr jinsab taħt arrest fl-Istati Uniti fuq akkużi ta’ frodi u ksur ta’ sanzjonijijiet internazzjonali … żewġ akkużi li għalihom qed jirriskja sentenza ta’ 125 sena ħabs.