Lokali

Tittella’ għal sena oħra il-Malta National Youth Fair

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia is-Sibt Filgħodu żar il-Malta National Youth Fair organizzata mill-JAYE jew kif inhi magħrufa aħjar il-Young Enterprise.

JAYE, li ilha torganizza l-Company Programme għal l-istudenti tas-Sixth Form għal dawn l-aħħar 30 sena, illum il-ġurnata toffri programmi għal tfal tal-primarja u sekondarja, kif ukoll fl-Universita’. Dawn il-programmi jgħinu liż-żgħażagħ ikomplu jibnu -abbiltajiet tagħhom sabiex jipparteċipaw b’mod effettiv fid-dinja tax-xogħol u fis-soċjeta’.

Iż-żgħażagħ li qed jieħdu sehem f’din l-attivita’ huma kollha studenti minn skejjel u istituzzjonijiet madwar Malta fosthom mil- Junior Collage, Giovanni Curmi Higher Secondary, St Aloysius’ College, St Edward’s College, St Martin’s Institute of Higher Education, l-Universita’ ta’ Malta u Verdala National School.

Tkellimna ma’ Julian Azzopardi, ic-CEO tal-JAYE fejn spjegalna aħjar l-iskop ta’ din il-fiera u kompla jgħidilna kif din il-fiera tagħmel parti mill-programm tal-istudenti li jibda minn Ottubru u jispiċċa f’Mejju. Fl-aħħar tas-sena akkademika l-istudenti jippreżentaw il-prodotti u l-attivitajiet li jkunu għamlu matul is-sena.

Dawk kollu li qed jieħdu sehem f’din il-fiera ser jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni kif ukoll jingħataw valur addizjonali għal din l-esperjenza permezz ta’ MQF Level 3.