Il-Ħadd filgħaxija fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann saret quddiesa f’għeluq il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni presbiterali tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. F’din il-quddiesa ikkonċelebra Mons. George Frendo O.P., li hu l-Aċisqof ta’ Tirana fl-Albanija, li wkoll qed jiċċelebra l-50 anniversarju tal-ordinazzjoni presbiterali tiegħu.
Proprju ftit tal-minuti qabel ma bdiet din il-quddies Mons. Pawlu Cremona waslitlu l-aħbar li kien sfortunatament kien miet ħuh, li kien marid.
F’diskors emozzjonanti Cremona spjega kif ħuh kien ix-xhud tiegħu meta kien ġie ordnat qassis. Kien proprju jumejn ilu meta fakkru li kien ix-xhud tiegħu u talbu biex jitlob għalih.


