Rapporti Internazzjonali u Ewropej fosthom tal-Kummissjoni Ewropea jikkundannaw n-nuqqas ta’ pjan tal-Gvern, u jikkritika n-nuqqas ta’ ħeġġa f’bosta setturi. Għalhekk Joseph Muscat mhux kredibbli meta jgħid li quddiem l-isfidi l-Gvern joħloq l-opportunitajiet, għaliex il-Gvern Laburista m’għandux pjan fit-tul u l-mudell ekonomiku tiegħu li jkabbar l-popolazzjoni bla pjan qed joħloq diffikultajiet f’ħafna setturi. Il-verità hi li dan huwa Gvern li tilef il-boxxla soċjali. Dan qalu fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista b’reazzjoni għad-diskors li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu f’Marsaskala.
L-istatistika uriet li Malta kien l-uniku pajjiż fl-Ewropa fejn naqsu l-pagi u s-salarji. Dan huwa r-riżultat tal-politika tal-Gvern bit-tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan, li qed iżżid il-pressjoni l-isfel fuq il-pagi u ċ-cheap labour qed jgħolli rasu. L-istatistika uriet ukoll li x-xahar li għadda, pajjiżna kellu l-iktar rata għolja ta’ inflazzjoni mill-2017, b’żieda fil-prezzijiet tal-ikel u l-prodotti essenzjali. Adrian Delia qal li dan kollu qed iwassal biex il-ħaddiema Maltin jispiċċaw f’morsa doppja dik taċ-cheap labour bil-pagi li jonqsu, u ż-żieda qawwija fl-ispejjeż bil-prezzijiet tal-affarijiet essenzjali dejjem jogħlew.
Il-Kummissjoni Ewropea stess ikkritikat n-nuqqas ta’ ħeġġa tal-Gvern Laburista f’bosta setturi fosthom il-pensjonijiet, li ftit li xejn kienu effettivi u li ma sar xejn konkret biex min jirtira jkollu pensjoni garantita. Dan meta pensjonant minn kull ħamsa qed jgħix fil-faqar jew fir-riskju tal-faqar, is-soluzzjoni tal-Gvern Laburista għal dawn il-pensjonanti li qegħdin ibatu hija li jmorru jiddejnu fuq djarhom, li imbagħad iħallsuh uliedhom.
//= $special ?>