Mara ta’ 59 sena sofriet minn ġrieħi serji wara li kienet involuta finċident tat-traffku fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija, Għawdex. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa.
Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li għal xi raġuni, il-mara li toqgħod ix-Xewkija tilfet il-kontroll tal-vettura li kienet qegħda ssuq, tat-tip Nissan Almera, u baqgħat dieħla ġo ħajt.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>