HIBERNIANS……… 103 STARLITES GIG…. 88
(31-17, 22-21, 26-18, 24-32)
Hibernians: R. Vella (14), P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia (5), M. Formosa, I. Bonett, L. Tardito (18), A. Axiaq (18), A. Matijevic, A. Lizuar (16), I. Demcesan (14), C. Camilleri Patus (24)
Starlites: A. Felice Pace (14), N. Formosa (8), R. Bonnici, I. Felice Pace, C. Ward (15), M. Falzon, M. Scerri, R. Carabott, W. Daily (29), T. Stolt (21)
Referees: B. Vassallo, T. Mantre, Z. Dobrosveljevic
Hibernians jinsabu viċin li jispiċċaw l-ewwel fażi fil-quċċata wara li għelbu lil Starlites 103-88. Iż-żewġ timijiet riedu rebħa biex ikomplu jittamaw li jispiċċaw fl-ewwel post. Starlites ħassew in-nuqqas ta’ Sear filwaqt li Hibernians kienu bl-aqwa formazzjoni.
Il-logħba kellha bidu bilanċjat biex lejn nofs is-sessjoni Hibernians qabdu lil Starlites fuq sieq waħda u kisbu vantaġġ tajjeb ta’ 31-17 fi tmiem l-ewwel perjodu.
Għalkemm Starlites urew titjib fil-bidu tat-tieni perjodu, ma kienx biżżejjed biex Hibernians ikunu taħt pressjoni hekk kif ikkontrollaw il-vantaġġ, bil-Pawlisti jidħlu jistrieħu bi 15-il punt vantaġġ.
Huma komplew jikkontrollaw il-vantaġġ wara l-intervall, b’Starlites isibuha diffiċli biex jibqgħu fil-logħba. Fl-aħħar ħames minuti tas-sessjoni, Hibernians żiedu r-ritmu u komplew jitbiegħdu biex bdew ir-raba’ u l-aħħar perjodu 79-56 fil-vantaġġ.
F’dan il-mument, Starlites ma kellhomx tama li jirkupraw hekk kif Hibernians bdew iwieġbu għal kull basket tal-avversarji. Fl-aħħar minuti Hibernians irnexxielhom jaqbżu l-mitt punt.
DEPIRO…………………… 88 GŻIRA ATHLETA…… 97
(21-31, 18-13, 27-25, 22-28)
Depiro: T. Steer (37), K. Hamilton (2), J. Attard, D. Formosa (7), M. Mallia, N. Grech, O. Said (10), M. Borg (1), J. Nygaard (25), A. Chamo (6), A. Attard
Gżira: N. Vasovic (14), C. Crossland (22), P. Shoults (5), L. Stefanovic, A. Permicic (13), N. Xuereb (6), M. Gouder (2), V. Pace (28), J. Gaity (7)
Referees: B. Vassallo, D. Torok, K. Dinumczak
Gżira Athleta komplew il-mument tajjeb tagħhom meta għelbu lil Depiro f’logħba missielta. Kien fl-aħħar mumenti li Athleta kisbu l-break deċiżiv li rebħu l-logħba biha.
Kienu Gżira li fetħu vantaġġ żgħir ta’ 15-9 sa nofs l-ewwel sessjoni. Wara li Depiro naqqsu d-distakk għal tliet punti, Athleta kabbru l-vantaġġ għal 31-21 sa tmiem l-ewwel perjodu.
Fl-ewwel minuti tat-tieni sessjoni, Athleta kkontrollaw tajjeb il-vantaġġ tagħhom, iżda Depiro bdew iżidu fil-logħob u naqqsu d-distakk għal erba’ punti, madankollu Athleta żammew il-vantaġġ u daħlu jistrieħu 44-39 minn fuq.
Reazzjoni tajba minn Depiro wara l-mistrieħ wasslet biex id-distakk niżel għal 61-59, b’Athleta jibdew l-aħħar għaxar minuti 69-66 minn fuq. Id-distakk reġa’ niżel għal punt iżda seba’ punti konsekuttivi poġġew lil Athleta 87-80 fil-vantaġġ. Wara li Nygaard ipprotesta u spiċċa tkeċċa, Gżira Athleta amministraw il-vantaġġ sat-tmiem.
//= $special ?>