Sport Waterpolo

It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena b’mira li jikkwalifika għall-Kampjonat Ewropew

Il-kontinġent Malti ħalla pajjiżna llum fi triqthom lejn Ruma bi preparazzjoni għat-tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. Il-kowċ nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena Anthony Farrugia flimkien mal-kowċ nazzjonali Karl Izzo għażlu skwadra ta’ 14-il plejer

Iż-żgħażagħ Maltin se jqattgħu tlett ijiem fiċ-Centro Federale Polo Natatorio f’Ostia, b’sessjonijiet fil-pixxina kif ukoll fiżiċi. Filgħaxija se jilagħbu wkoll partiti ta’ ħbiberija kontra uħud mill-aqwa timijiet Taljani. It-tim Malti jasal f’Koper fis-Slovenja l-Erbgħa 27 ta’ Marzu u jibdew il-kompetizzjonijiet l-għada.

Minbarra l-gwida teknika ta’ Farrugia u Izzo, jakkumpanjaw lit-tim se jkun hemm il-fiżjoterapista Zach Gatt flimkien mal-President tal-ASA Joe Caruana Curran u s-Segretarju Ġenerali Rita Azzopardi.

Il-programm ta’ logħob

Il-Ħamis 28 ta’ Marzu   – Slovenja v Malta  8.30pm

Il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu – Malta v Rumanija 12.00pm, Malta v Ukrajna   7.00pm

Is-Sibt 30 ta’ Marzu      – Malta v Greċja     5.30pm

Il-Ħadd 31 ta’ Marzu     – Italja v Malta        9.00am

Skwadra finali

Sam Azzopardi (Sliema), Gianluca Borg (San Ġiljan), Kieyan Borg (Sliema), Jake Cachia (Sliema), Russell Caruana (San Ġiljan), Mark Castillo (Neptunes), Mark Demarco (Sliema), Alec Fenech (Neptunes), Ryan Galea (Sirens), Sam Gialanze (Neptunes), Matthew Mifsud (Sliema), Sam Mifsud (Neptunes), Nico Schiavone (Sliema), Daniel Tully (San Ġiljan)