Miet l-eks aġent sigriet tal-Mossad li kien mexxa l-iskwadra tal-aġenti Iżraeljani li, fl-1960, qabdu lill-infami Nażista Adolf Eichmann – il-moħħ wara l-Olokawst (esterminazzjoni) tal-Lhud matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-Prim Ministru Iżaeljan Benjamin Netanyahu kien fost l-ewwel li kkummentaw dwar il-mewt ta’ Rafi Eitan, fl-età ta’ 92 sena, fejn fisser lil Eitan bħala ‘eroj tas-servizzi sigrieti ta’ Iżrael’.
Il-President ta’ Iżrael, Reuven Rivlin, ukoll radd ġieħ lil Eitan bħala ‘bniedem li kien dejjem determinat li jattwa missjoni fl-interess ta’ kawża ġusta’.
Rafi Eitan – meqjus bħala pijunier tas-servizzi sigrieti Iżraeljani — kien il-kap tal-iskwadra ta’ tmien aġenti li, fl-1960, marru l-Arġentina u ħatfu lil Eichmann li kien qed jgħix hemmhekk taħt identità ġdida.
Huma ħadu lin-Nażista lura lejn Iżrael fejn għadda ġuri u kien ikkundannat għall-mewt għar-rwol tiegħu fil-massakri sistematiċi ta’ sitt miljun Lhud waqt it-Tieni Gwerra.
Adolf Eichmann kien ingħata l-forka fl-1962
//= $special ?>

