Rapport: Kenneth Vella
It-tlettax-il laqgħa tal-istaġun li saret illum wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa, kienet tikkonsisti minn disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Matul din il-laqgħa kien hemm ukoll it-tkomplija tal-kampjonat Krafft għal żwiemel tal-klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dan permezz ta’ ħames heats oħra li minnhom għoxrin żiemel għadda għall-kwarti finali.
Fl-ewwel heat, Kevin Sciberras talab lill-Franċiż tiegħu Vic For Ever biex jibda jżid fil-ġiri fuq in-naħa ta’ barra madwar dawra mit-tmiem. Dan mar quddiem meta l-ewwel żwiemel daru għad-dritta finali.
Vic For Ever ħa t-tieni rebħa konsekuttiva b’tul u nofs minn Nobile Edel (Mario Fenech) u Va Tout Steed (Noel Baldacchino). Tinus Moseby (Marco Refalo) daħal fir-raba’ pożizzjoni.
Sprint mibdi 400m mit-tmiem tat-tieni heat Silver wassal lil Wellington (Nathaniel Barbara) biex jieħu t-tieni rebħa staġjonali. Dan b’nofs tul minn Staro Evergreen (Marco Tanti) u Sharif America (Matthew Sammut). Evisir (Redent Magro) kellu wkoll pjazzament pożittiv.
Minn naħa l-oħra fit-tielet heat, kien l-Iżvediż Capac Boko (Clint Vassallo) li ħa l-ewwel rebħa staġjonali wara li okkupa l-ewwel post għal parti twila tad-distanza. Miegħu għaddew għall-fażi li jmiss Faro Sue Heikant (Julian Farrugia), Duc d’Haufor (Redent Magro) u Frans G (Noel Baldacchino).
Simili kienet ir-raba’ heat, bl-Iżvediż Sitka Rod ta’ Tony Demanuele jżomm il-kmand mill-bidu sal-linja finali. Madankollu, aktar tard il-ġurija ddeċidiet li r-rebħa kellha tingħata lil Leap Day Credit ta’ Chris Vassallo li oriġinarjament kien temm fit-tieni pożizzjoni.
Dan minħabba interferenza miż-żiemel ta’ Demanuele fl-aħħar metri. Ibiri (Mario Falzon) u Roi Des Couperies (Paul Galea) daħlu warajhom f’dik l-ordni. Għan-Norveġiż Leap Day Credit dan kien it-tieni suċċess konsekuttiv f’temp ta’ ftit ġimgħat.
Hallas Judex (Charles Magro) ukoll akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva fl-aħħar heat wara li kien kontinwament quddiem. Dan rebaħ bla tbatija minn Breidabliks G.T. (Rodney Gatt) u New York Broline (Chris Grech). Ange Du Porto (Clint Vassallo) kien l-aħħar żiemel li għadda għall-kwarti finali.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dream Of Dupa (J. Cordina) Ħin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Uphito De Cahot (N. Barbara) 3. Tennesse Tebe (S. Cortis) 4. Dreamed Victory (J. Zahra)
II Tiġrija Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. Vic For Ever (K. Sciberras) Ħin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Nobile Edel (M. Fenech) 3. Va Tout Steed (N. Baldacchino) 4. Tinus Moseby (M. Refalo)
III Tiġrija Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Wellington (N. Barbara) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Staro Evergreen (M. Tanti) 3. Sharif America (M. Sammut) 4. Evisir (R. Magro)
IV Tiġrija Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Capac Boko (C. Vassallo) Ħin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Faro Sue Heikant (J. Farrugia) 3. Duc d’Haufor (R. Magro) 4. Frans G (N. Baldacchino)
V Tiġrija Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Leap Day Credit (Ch. Vassallo) Ħin – 2.42.7” (1.16.1”) 2. Sitka Rod (T. Demanuele) 3. Ibiri (M. Falzon) 4. Roi Des Couperies (P. Galea)
VI Tiġrija Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Hallas Judex (Ch. Magro) Ħin – 2.39.1” (1.14.3”) 2. Breidabliks G.T. (R. Gatt) 3. New York Broline (Ch. Grech) 4. Ange Du Porto (C. Vassallo)
VII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Glenn Boko (R. Gatt) Ħin – 2.38.1” (1.13.9”) 2. Axel Tilly (J. Farrugia) 3. Quite A Feeling (D. Casha) 4. G.G.’s Magic Dream (C. Camilleri)
VIII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dewey Luvs Britt (J. Farrugia) Ħin – 2.41.9” (1.15.7”) 2. Uranus Tepol (Ch. Cassar) 3. Tipol De Nappes (M. Ghigo) 4. Mad Neo (G. Muscat)
IX Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Angelus Du Pont (R. Magro) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Uncle Wise As (C. Vassallo) 3. Tchao Chamant (E. Bezzina) 4. Auteur Compositeur (A. Farrugia)
//= $special ?>