Sport Sport Ieħor

Luxol jegħlbu lil Valletta u jtemmu l-ewwel fażi fil-quċċata

(Ritratt: Joe Borg)

Luxol temmew l-ewwel fażi tal-Kampjonat Elite fl-ewwel post wara li għelbu lir-rivali Valletta 7-2 f’dik li kienet l-aħħar logħba qabel jibdew il-play-offs.  Huma temmew fl-ewwel post b’54 punt, tlieta aktar mill-istess Valletta.

Il-gowls ta’ Luxol waslu minn tripletta ta’ Maicon Silva Gaiewski, doppjetta ta’ Zvezdan Vukovic u gowl kull wieħed għal Andy Mangion u Emil Anfrei Raducu. Iż-żewġ gowls ta’ Valletta waslu minn Denis Di Maio u Dylan Musu.

Mill-istess kampjonat, Tarxien Rainbows għelbu lil Birkirkara 6-5 u t-tim tal-Università ta’ Malta rebaħ 5-1 kontra Swieqi United. Fl-unika logħba mill-Ewwel Diviżjoni, Pietà Hotspurs għelbu lil UM Futsal Academy 6-4 u fi tmiem il-logħba ngħataw it-trofew bħala rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni.

Intant, Luxol ingħaqdu ma’ Valletta bħala l-finalisti tan-knock-out meta fit-tieni semifinali għelbu lil Pietà Hotspurs 9-0. Wara biss erba’ minuti, George Frendo fetaħ l-iskor minn penalty wara li kienu hu stess li twaqqa’ fil-kaxxa, bl-istess plejer jirdoppja sitt minuti wara b’xutt b’saħħtu mal-linja.

Luxol komplew iżidu l-iskor permezz ta’ Zvezdan Vukovic, Chris Cardona, Aidan Micallef, doppjetta ta’ Maicon Silva Gaiewski u żewġ awto-gowls ta’ Christian Wismayer u Paul Scerri.

Logħob li jmiss

Għada: Promotion Play-off 1

Padiljun ta’ Kordin – Tarxien R. v Università 8.15pm

It-Tlieta: Promotion Play-off 2

Padiljun ta’ Kordin – Pietà H. v Swieqi U. 8.15pm

Il-Ħamis: Promotion Play-off 3

Padiljun ta’ Kordin – L-Università v Pietà H.  8.15pm

Il-Ġimgħa: Elite Play-off 1

Padiljun ta’ Kordin – Luxol v Valletta             8.15pm