Lokali

Preżentati l-Kandidati Melliħin għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Waqt l-attività li saret dalgħodu fil-Mellieħa kienu ppreżentati l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista li se jikkontestaw l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa. B’kollox fuq il-Mellieħa se jikkontestaw għaxar kandidati ġejjin minn setturi u oqsma differenti.

Il-kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista huma: Marvin Abela, Emvin Bartolo, Ivan Castillo, Patricia Cauchi Farrugia, Mario Debono, Hilary Fenech, Joe Gauci, Gabriel Micallef, Alfred Mifsud u Ainsley Wiltshire.

Il-kandidati Nazzjonalista jtennu l-wegħda li kunsill b’maġġoranza nazzjonalista se jaħdem biex jagħti lura l-Mellieħa lill-Melliħin. Il-programm elettorali tal-kandidati nazzjonalisti se jiffoka fuq aspetti differenti fosthom il-qasam soċjali, is-sigurtà u l-ambjent.