Sport Sport Ieħor

Serena Williams tirtira mill-Open ta’ Miami

(Ritratt: EPA)

It-tmien darbiet rebbieħa tal-Open ta’ Miami Serena Williams irtirat mit-tournament minħabba li weġġgħet l-irkoppa. L-Amerikana għaddiet għat-tielet rawnd il-Ġimgħa wara li rebħet kontra l-Iżvediża Rebecca Peterson, f’dik li kienet is-seba’ logħba li lagħbet fl-2019.

It-23 darba rebbieħa ta’ Grand Slam kienet mistennija tilgħab kontra Wang Qiang mal-aħħar 32 iżda issa ċ-Ċiniża għaddiet awtomatikament. Williams qalet li kienet diżappuntata li rtirat minn żewġ tournaments WTA konsekuttivi wara li ġimgħa qabel irtirat mill-Indian Wells minħabba li kienet ma tiflaħx.

Williams li għandha 37 sena, rebħet l-aħħar f’Miami fl-2015 filwaqt li kisbet l-aħħar Grand Slam fl-Open tal-Awstralja fl-2017, titlu li bih tinsab Grand Slam anqas minn Margaret Court li rebħet 24 Grand Slam.

Intant, is-sid numru wieħed tad-dinja Naomi Osaka kienet eliminata fi tliet sets kontra Hsieh Su-wei. Osaka li rebħet l-aħħar żewġ Grand Slams, tilfet 4-6, 7-6, 6-3.