Lokali

Stephanie Galea tirbaħ Mrs Malta 2019

Stephanie Galea miż-Żurrieq hija r-rebbieħa ta’ Mrs Malta 2019.

Hi kienet waħda mill-parteċipanti fil-konkors Mrs Malta li ttella’ lbieraħ filgħaxija. Fl-ewwel kummenti li tat eżatt kif ġiet fi tmiemha s-serata Stephanie, li hija omm ta’ żewġt itfal, irringrazzjat lill-familja kollha tagħha għall-appoġġ li tawha.

Fit-tieni post klassifikat Shalaine Pullicino mill-Imrieħel filwaqt li fit-tielet post ġiet Stephanie Vella minn San Pawl il-Baħar.

Is-serata tal-bieraħ, bi preżentazzjoni u organizzjoni ta’ Ivan Gaffiero, ittellgħet f’Montekristo.