Sport

Tispikka intervista ma’ Gianni Petrucci fit-22 programm ta’ Sport Extra

Illum fuq mis-6.05pm ‘l quddiem fuq Net Television jixxandar it-22 programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm l-importanza tingħata lil basketball. Dan wara li l-Malta Basketball Association nediet proġett b’rabta ma’ taħriġ ta’ kowċis lokali b’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Taljana tal-Basketball.

Tispikka l-intervista mal-President tal-Federazzjoni Taljana tal-Basketball Gianni Petrucci. It-Taljan kien President tal-Kumitat Olimpiku Taljan għal bosta snin, kif ukoll tal-Federazzjoni tal-Futbol b’rabta wkoll mal-klabb ta’ AS Roma.

B’rabta mal-istess proġett, intervisti oħra ma’ wieħed mill-aqwa kowċis fl-Italja Andrea Capobianco li hu wkoll il-kowċ tat-timijiet nazzjonali tal-Italja ta’ taħt id-19-il sena u dak tat-3×3. Intervistat ukoll il-President tal-MBA Paul Sultana.

Fit-tieni parti tal-programm, ħarsa lejn id-darts. Charles Camenzuli intervista lil wieħed mill-veterani lokali ta’ dan l-isport Reno Manara li f’karriera twila rebaħ ukoll diversi kampjonati nazzjonali.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Michael Farrugia u Alfred Spiteri.