Lokali

Tmut Maria Muscat – magħrufa bħala pijuniera tal-kċina Maltija

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Maria Muscat, sinonima mal-ikel Malti u magħrufa bħala mara twajba u ħabrieka.

Min xi darba kellu l-okkażjoni jmur jiekol fir-ristorant tagħha fil-Mosta, mal-ewwel kien jinduna kemm kienet tilqa’ lil kulħadd bit-tbissima u b’ferħ. Kienet tkun qisha l-omm ta’ kulħadd… iddur b’kulhadd, titkellem ma’ kulħadd.

Dan l-istazzjoni jagħti l-kondoljanzi lill-familja ta’ Marija.