Internazzjonali Unjoni Ewropea

BREXIT: Stennija għal laqgħa importanti tal-Kabinett

Illum mistennija laqgħa importanti tal-Kabinett f’Londra hekk kif qed tikber il-pressjoni sabiex Theresa May twarrab mit-tmexxija tal-Gvern. Minkejja dan, xorta jidher li May għadha tgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Ministri.

Fil-laqgħa tal-lum mistennija tittieħed deċiżjoni fuq x’se jkun il-pass li jmiss rigward Brexit. Dan wara weekend ta’ dimostrazzjonijiet kbar fil-kapitali fejn mal-miljun ruħ inġabru biex isejjħu għat-tieni referendum.

B’mod simultanju, bħalissa għaddejja petizzjoni bil-firem li qed jinġabru fuq is-sit tal-House of Commons fejn mal-5 miljun persuna, sa issa, talbu biex jiġi revokat Artiklu 50 – u allura ma jseħħx Brexit; għallinqas għalissa.