Ir-rapport tal-Kumitat Moneyval huwa rapport li jqanqal tħassib fuq il-kreddibiltà tal-istituzzjonijiet f’pajjiżna. Dan qalu l-Kap tal-PN Adrian Delia f’ dibattitu fil-Parlament dwar Brexit.
Adrian Delia tkellem b’mod speċjali fuq dan ir-rapport tal-kumitat Moneyval, fejn elenka wkoll il-fatt li dan ta rapport iebes jikkundanna l-istutuzzjonijiet ta’ Malta. Dan b’riskju li pajjiżna jiġi Blacklisted.
Il-Kap tal-PN Adrian Delia appella biex il-Gvern Malti jkun ċar f’dak li qiegħed suppost jagħmel biex iħares lill-Maltin mill-impatt ta’ Brexit. Huwa staqsa wkoll dwar in-nuqqas minn naha tal-Gvern f’dan ir-rigward, u x’se tagħmel Malta mingħajr is-sapport tar-Renju Unit lejn pajjiżna anki fl-Unjoni Ewropea.
Adrian Delia qal li fl-aħħar xhur iltaqa’ ma’ numru ta’ negozji li għadhom ma jafux x’impatt se jħalli fuqhom Brexit.
Adrian Delia għalaq billi sostna li dan l-impatt jaf iħalli daqqa fuq l-impjiegi u n-negozji Maltin, fejn jekk ma tittieħidx azzjoni immedjata mill-Gvern, hemm riskju li wħud jispiċċaw bla xogħol.
//= $special ?>