Ħadd daqs dawn l-uffiċjali tal-Pulizija ma jafu xi tfisser li tkun fil-post il-ħażin, fil-mument il-ħażin.
Dan hekk kif inċident wassal biex vettura tal-Pulizija li kienet għaddejja minn Triq Aldo Moro, fejn għaddej proġett nazzjonali ta’ kostruzzjoni tat-toroq, tispiċċa miksija mis-siment li ħareġ minn trakk tal-kostruzzjoni.
Il-każ wassal biex f’dawn l-inħawi, fejn diġa’ qed jinġema’ ammont kbir ta’ traffiku, tinħoloq konġestjoni sħiħa. Dan anke għall-fatt li kien hemm bżonn li titnaddaf it-triq.
Filmat: Kevin Camilleri
//= $special ?>

