Lokali

“Aktar rapporti qed iqanqlu tħassib dwar il-kreddibiltà tal-istituzzjonijiet f’pajjiżna” – Adrian Delia

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem biex jikkonvinċi n-nies, biex is-sewwa jerġa jirritorna fit-tmum tal-pajjiż. Dan sostnieh il-Kap tal-PN Adrian Delia f’laqgħa fid-Dar Ċentrali mal-membri tal-Kumitati fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Fil-laqgħa Adrian Delia tkellem dwar ir-rapport tal-Kumitat Moneyval, rapport li jqanqal tħassib fuq il-kreddibiltà tal-istituzzjonijiet f’pajjiżna. Adrian Delia innota li dan ir-rapport iebes jikkundanna l-istutuzzjonijiet ta’ Malta b’riskju li pajjiżna jiġi Blacklisted.

Huwa sostna li l-PN qiegħed kontinwament idur il-lokalitajiet biex jibni l-politika diretta, viċin u man-nies, u b’hekk jitwassal aktar il-messaġġ tal-verità. 

Hekk kif ninsabu ftit ġimgħat qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, il-PN qiegħed iħejji bl-aqwa mod possibli, minkejja l-ħafna kurrenti u ostakli fid-direzzjoni tiegħu.

Dan sostnieh is-Segretraju Ġenerali tal-PN Clyde Puli fejn fost l-oħrajn elenka l-importanza lil dawk kollha ta’ rieda tajba biex joħorġu jivvutaw lill-PN u lill-kandidati kollha tiegħu.F’appell konġunt, il-Kap tal-PN ħeġġeġ biex in-nies jibqgħu jwasslu l-messaġġ, iduru u jikkonvinċu lill-poplu Malti, li l-PN huwa t-triq tas-sewwa.