Il-Qorti ddeskriviet bħala rampanti r-reati kriminali dwar passaporti foloz li qed jispiċċaw illum quddiem il-Qorti. Dan hekk kif Wade Defall mis-Senegal kienet akkużata quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, li pprovat tuża passaport Senegaliż u dokument ta’ vjaġġar Taljan, li t-tnejn li huma kienu maħruġa f’isem terzi persuni, u dan biex tipprova tħalli Malta.
Bil-kemm tgħaddi ġurnata fil-Qorti li ma jitressaqx xi ħadd fuq reati dwar passaporti, kemm jekk falsifikat jew inkella f’isem persuna oħra u li jkun dokument ta’ vjaġġar. Il-Qorti fil-kummenti tagħha deheret urtati għal mod lampanti kif dawn l-affarijiet ma jistgħux jiġu kontrollati.
“Wisq rampanti” qalet il-Maġistrat. L-Avukat ta’ Defall, Martin Fenech, spjega li l-klijent tiegħu ried sempliċiment jiġbor il-passaport propju tiegħu mill-Italja. Sentenza ta’ ħabs ma tkunx xi ħaħa sewwa, f’dan il-każ, l-Avukat Fenech qal.
Wara li semgħet lil Defall jammetti, l-Qorti kkundannatu sena ħabs sospiżi għal 18-il xahar. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Hubert Gerada, li nvestiga l-każ mill-bidu sa l-aħħar.
//= $special ?>

