Ambjent Lokali

Josè Herrera qata’ qalbu li jintlaħqu l-miri

Il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera ma jqisx li pajjiżna falla f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent.

Anzi fi kliemu stess jammetti li qata’ qalbu li l-isfidi jingħelbu…. għaliex ma’ Net News iddikjara li l-isfidi se jibqgħu għal dejjem.

.Fost oħrajn pajjiżna r-raba’ l-agħar fl-Ewropa fil-kwalità tal-arja.

Dan apparti ż-żieda qawwija fin-numru tal-karozzi fit-toroq, li dejjem jiżdiedu u magħhom qed jiżdied ukoll it-tniġġis. Tant hu hekk li l-aħħar studju dwar l-imwiet marbuta mat-tniġġis tal-arja f’Malta rduppjaw iċ-ċifri preċedenti għal 567 mewt prematura kull sena, minħabba t-tniġġis fl-arja.

RiċentamentEuronews saħansitra kienu ddeskrivew lil Malta bħala ‘the dirty man of Europe’ u fl-aħħar jiem, Benjamin Angel, wieħed mid-Diretturi tal-Kummissjoni Ewropea kellu twissija ċara.

Iżda minkejja dawn it-twissijiet kollha, u minkejja li ilu snin jieħu ħsieb l-ambjent bla wisq riżultati, saħansitra pprova jaghti jifhem li ghad ma kellux biżżejjed żmien.

Iżda minkejja li l-Ministru jiftaħar li kien hu li ħa azzjoni dwar l-iskart … statistika tal-Unjoni Ewropea turi kif pajjiżna jinsab l-agħar fl-Ewropa fir-riċikaġġ̇ tal-iskart.