Malta qed tfalli fil-miri tal-enerġija rinnovabbli. Dan hekk kif mhux mistennija tilħaq il-mira li sal-2020, 10% tal-konsum tal-enerġija jkun gej minn sorsi rinnovabbli – bhall-energija mix-xemx, jew mir-rih. Dan minħabba l-fatt li bini għoli qed jitfa’ dell fuq l-isforzi ta’ enerġija solari.
Hekk jikkonkludi rapport estensiv li jiffoka fuq dak li qed jagħmel il-Gvern fis-setturi tal-enerġija u l-klima.
Żieda fil-popolazzjoni kif ukoll fl-attività ekonomika u turistika qed iwasslu għal domanda dejjem tikber tal-enerġija. Filfatt qed ikun stmat li sa għaxar snin oħra, il-popolazzjoni ta’ pajjiżna mistennija taqbeż sew in-nofs miljun persuna.
It-tkabbir tas-settur tal-enerġija rinnovabbli f’Malta huwa limitat għal policies ta’ pjanar li jaħsbu għad-domanda akbar għall-akkomodazzjoni u l-inkoraġġiment tal-iżvilupp mill-ġdid ta’ żewġ jew tliet binjiet b’ħafna sulari fi blokok ta’ diversi sulari ta’ appartamenti.
Dan qed iwassal għal dell fis-soqfa li tkompli tnaqqas in-numru ta’ bini li jitqiesu bħala tajba għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi.
Ir-rapport juri wkoll li sal-2040, 70% tal-binjiet f’Malta se jkunu kollha appartamenti jew maisonettes.
//= $special ?>