Lokali

Raġel ta’ 56 sena jsofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar, raġel ta’ 56 sena mill-Imsida sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut fi ġlieda.

L-argument seħħ fi stabbiliment tal-ikel fi Triq il-Magħkuba, l-Imġarr, Malta. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru irriżulta li seħħ argument bejn diversi persuni ġo stabbiliment tal-ikel u raġel residenti l-Imsida sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.