Tard ilbieraħ bil-lejl il-Pulizija kienu msejħa fit-tarzna ta’ Palumbo wara li forklifter inqaleb fid-daħla tal-istess tarzna. Fih kien hemm żewġ ħaddiema, b’wieħed minnhom jispiċċa maqbud fl-istess forklifter.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11pm, fl-entratura tat-tarzna meta għal xi raġuni l-forklifter, li kien misjuq minn Rumen ta’ 20 sena, inqaleb. Miegħu kien hemm Rumen ieħor ta’ 30 sena illi kellu jingħata l-assistenza medika.
Fil-post fil-fatt waslet ambulanza, kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-Rumen ta’ 30 sena sofra xi ksur filwaqt li r-Rumen l-ieħor ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Intant, fi stqarrija l-kumpanija Palumbo qalet li r-raġel qed jirkupra tajjeb tant li mistenni joħroġ mill-Isptar Mater Dei fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>