Futbol Sport

AĠĠORNATA: Stadium sold-out għall-partita kontra Spanja

Illum jasal it-tim nazzjonali Spanjol

Għada filgħaxija nistennew li naraw Ta’ Qali ippakjat għat-tieni logħba tat-tim nazzjonali Malti fil-kwalifikazzjoni tal-EURO 2020. Dan hekk l-erbgħa stands tal-istadium huma kompletament sold-out.

L-antiċipazzjoni għal-logħba kontra Spanja qed ngħixuha fi klima immarkata minn entużjażmu kbir wara r-rebħa kontra l-Gżejjer Faroe. Biss, l-Ispanjoli huma realta’ differenti.

Minkejja dan, kif spjegaw ilbieraħ waqt il-programm Replay l-eks kowċ nazzjonali Pippo Psaila u l-ġurnalist sportiv George Micallef, hija l-attitudni li tħoll u torbot.

It-tim nazzjonali Spanjol jasal Malta aktar tard illum.

Wara nofsinhar mistennija l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali.