Il-Mellieħa sofriet telfa kbira nhar il-Ħamis li għadda, telfa ambjentali fejn fid-daħla tagħha se tinbena lukanda u 120 appartament. Il-vot li l-Bord tal-Awtorita’ ta kien tal-mistħija. Ittieħed vot b’mod stramb, fejn hekk kif wieħed jidħol il-Mellieħa se jara binja ta’ tmien sulari. Kull min ivvota u għolla jdejh biex japprova dan li żvilupp se jkun kaġun li kisser il-karatteristiċi sbieh li għandha l-Mellieħa.
Dan qalu waqt il-ħin tal-Aġġornament id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar. Huwa qal li guwa obbligu tiegħu bħala rappreżentant tal-poplu tat- 12-il distrett, li ma jħalliex episodju ta’ dak li seħħ fl-Awtorita’ tal-ippjanar, qiesu ma ġara xejn.
Qal li dan il-mod stramb kif ittieħed il-vot, li mhux rifless dwar dak li jgħidu l-policies li jissalvagwardjaw, daħla tal-Mellieħa. Huwa qal ukoll li kompla għaddej li sfreġju fil-Mellieħa, grazzi wkoll għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, b’maġġoranza Laburista, fejn ta’ min jieħu nota dwar iż-żona tal-Masrija u l-by-pass fejn anke dak inhar kien hemm intenzjoni meta l-policy inbidlet.
Cutajar qal li l-membri tal-Bord marru jgħollu jdejhom kontra l-interessi karatteristiżi tal-Mellieħa, tenna li hekk dehrilhom il-Bord, ma tawx każ li din iż-żona hija residenzjali, li għalhekk mhux suppost, għax tmur ukoll kontra l-pjan lokali.
Mhux sew li xi ħadd imur u jgħaddi l-permess b’dan il-mod, addio l-ambjent. Huwa faħħar id-deċiżjoni li ħa l-Perit Cassar li vvota kontra u kkritika lir-rappreżentant tal-Gvern, li huwa mill-Mellieħa li vvota favur. Staqsa kif lanqas ma tħalla daqsxejn rispett, mhux li ma jsirx bini, imma ftit rispett biex wieħed jżomm ħajjin il-karatestici li ħallewna missierijitna.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li le, dan ma kienx permessibbli,uli wieħed irid jara wkoll x’hemm fuq il-permess tal-Mistra u anke tan-Naxxar. Ma jistax jifhem kif qiesu kulħadd xejn mhu xejn. Tenna li din mhux kwistjoni ta’ partit. Għada pitgħada nistgħu ndawwru deċiżjonijietħ kif se jirnexxielna nsalvaw l-ambjent.
Daqqa l-wesgħat pubbliċi, daqqa oħra għal Mellieħa. Tenna li fl-2015, u kien hemm bdil fil-policy fuq Ta’ Masrija, bil-Kunsill Lokali ma jiddeffendi xejn. Tkellem ukoll dwar il-pjan oxxen li tinsteraq parti mill-by-pass tal-Mellieħa.
Cutajar qal għaliex l-art tad-daħla tal-Mellieħa inqassmet f’darbtejn biex ħarġu żewġ tenders. Minn arja naturali issa t-tela’ tal-Mellieħa se tispiżża f’monstru fejn qal li qed iħossu fid-dover biex jitkellem favur ir-residentiu staqsa kif l-Awtorita’ tat-Turiżmu vvutat favur u qalet li b’daqshekk se ngħollu l-livell tat-turiżmu.
Ingħad ukoll li l-għoli se jkun tal-istess kalibru ta’ stabbiliment fil-viċin, imma dik it-triq fiha l-għolja u tkun qed tirbaħ id diżlivell. Huwa qal li hemm wkoll applikazzjoni biex fil-Mellieħa, l-lukanda Panorama, tgħola bi tliet sulari, u dan fuq it-teżi li dawk l-inħawi mhumiex area turistika.
Fil-Kunsill Lokali tal2009, il-Partit Nazzjonalista kellu policy li tippermettiex bini ta’ dan it-tip f’żona residenzjhali, imma issa b’dak li ġie deċiż nhar il-Ħamis, membri tal-Bord jridu jħallsu għad-deċiżjoni li ħadu u jridu jwieġbu għall li sfreġju ambjentali.
Qal li aħna irridu nimmelorjoraw il-pakkett tursitku fil-Mellieħa, u li żvilupp sostenibbli huwa għal ftit nies.Għamel appell fejn qal li ma jistax inkun li ngergru ftit u qiesu xejn mhuwa xejn.
Qal li bħal lum xahrejn jaqgħlu l-postijiet tal-votatzzjoni u rridu nibgħatu messaġġ fil-kunsilli lokali anke fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew biex nħallux li sfreġju ta’ pajjiżna jkompli jsir mhux biss fil-Mellieħa. Imma f’San Ġiljan, tas-Sliema, Naxxar, San Pawl il-Baħar u l-Mistra fost diversi lokalitajiet oħra.
Jekk se nħallu lil dawn jagħmnlu li jridu, għandna l-obbligu biex nappellaw biex il-poplu f’ li skiet ta’ daru ma jħallhiex ikompli jara l-ambjent jinqered u li ikun li niqbgħu inħall permessi jibqgħu għaddejjin qiesu xejn mhu xejn. Fejn ġiet approvata l-lukanda u l-appartamenti fit-tela’ tal-Mellieħa, il-PN kellu viżjoni li kellu jkun hemm proġett li jagwdu minnu l-Organiżazzjonijiet mhux Governattivi, imma issa le għax il-Kunsill Lokali ħalla lil art taħabrlu minn idejh fl-2014.
//= $special ?>