Tifla ta’ 12-il sena qed tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara li sofriet ġrieħi gravi meta ttajret fi Triq Melqart, Marsaxlokk.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 meta t-tfajla ntlaqtet minn raġel ta’ 27 sena residenti Ħaż-Żabbar, li kien qed isuq vettura tal-għamla BMW 118D.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal iktar assistenza medika. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>