Lokali Parlament

Abbozz li fih biss bidliet kożmetiċi

(Arkivji)

Meta kien qed jitkellem dwar l-Abozz ta’ Liġi dwar il-Kunsilli Lokali id-Deputat Nazzjonalista Chris Said qal li wara dak kollu li smajna minn naħa tal-Gvern fuq dan l-Abbozz, konna qed naħsbu li se nippjanaw kemm se nsaħħu lill-Kunsilli Lokali u nagħtuhom għodda.

Imma x’ħareġ, li dan se mmorru lura u saru biss bidliet kosmetiċi u li ma jagħti l-ebda responsabbilita’ ġdida lill-Kunsilli. Hemm tibdliet li ma jibdlu xejn fis-sustanza. Bidliet kożmetiċi. Kunsilli Lokali li għalqu 25 sena, li dak iż-żmien kellna Gvern, li meta twaqqfu, ma beżgħax iħalli l-poteri u jgħaddih lill-Kunsilli Lokali.

Said qal li dawn ingħataw responsabbilitajiet u riedna nsaħħuhom u nżiduhom u 10 snin ilu kienu saru emendi li ħadmu. “Dak inhar wara li poġġejna fil-prattika l-prinċipju tas-sussidarjeta”. L-aktar artiklu mportanti tal-Kunsilli Lokali, huwa dak 33. Tenna li 10 snin ilu, daħlu responsabbilitajiet ġodda.

Illum fl-artiklu 33 ma daħlu l-ebda responsabbilitajiet, anzi l-Gvern ħadilhom minn idejhom it-toroq. Issa minflok Kunsilli Lokali, qed insejħulhom Gvernijiet Lokali, imma biex ikunu vera Gvern Lokali, irid ikollhom biex jaħdmu. Flok Kunsilli Lokali jew Gvernijiet Lokali issa aktar qed nagħmluhom Kumitati Ċiviċi jew Kumitati Lokali.

Wara li sena ilu ttieħdulhom it-toroq u tawhom lil Infrastructure Malta u wegħduna l-mirakli b’din l-entita’ tal-Gvern, imma ma sar xejn, u dak inhar ittieħdet waħda mill-akbar għodod tal-Kunsilli Lokali biex jikkontrolla kollox il-Gvern. Issa responsabbilita’ mportanti, l-immaniġġar ta’ li skart se tmur f’idejn il-Kumitati Reġjonali.

Issa jidher ukoll li anke l-latrini pubbliċi qeb iberraq. Din mhux riforma, imma xejn. Dwar is-Sindki għandhom ikunu full-time, qalulna ħafna fuq dan, imma din proposta sparixxiet. Hemm riferenza għal żieda fl-allowances għal kunsilliera, imma xejn fuq is-Sindki.

Il-bżonn ta’ aktar minn allowance, għandu jkun hemm li jekk dawn jaħdmu mal-Gvern, fejn żgur li hawn mhux problema, u anke mal-privat jekk jista’ jkun jingħataw leave speċjali fis-sena.

Qal li t-taħwida li hemm il-fatt li żagħażugħ jista’ jiġi elett Kunsillier, imma Sindku le. Qiesu li jitla’ xi ħadd fil-Parlament imma ma jistax isir Ministru. Issa jekk Kunsillier ta’ 16-il sena iġib l-akbar ammont ta’ voti, għaliex ma jistax ikun Sindku?

Chris Said sostna kif jekk ir-residenti jagħżluh lil xi ħadd biex ikun Sindku, għaliex ix-xewqa tagħhom ma tiġix rispettata? Meta 10 snin ilu daħlu l-Kumitati Amministrattivi, diversi postijiet bħal Burmarrad u Swatar kellhom il-Kumitat Amminstrattiv tagħhom.

Dan abbozz li qed jikkanċella xi ħaġa mportanti, bl-iskuża li mhux kollha kienu jaħdmu, issa se neħduhom. Ta’ Santa Luċia f’Għawdex u l-Madliena, żgur li ħadmu sew, anzi fil-Madliena għamlu t-toroq kollha.

Il-kelliem qal li 16-il Kumitat amministrattivi se nikkanċellawhom. Jekk kien hemm kumitati ma jaħdmux nippruvaw naraw x’nagħmlu biex nirranġawhom u mhux naqbdu u nneħhom. Qed nitkellmu fuq 27,000 ċittadin. Dawn qed ngħidulhom, tajnikhom għodda 10 snin ilu u issa daqshekk.

Il-Presidenti tar-reġjuni dejjem kienu eletti u llum qed ngħidu li jekk ikun Kunsillier irid jirreżenja mill-Kunsilli Lokali. Dwar il-bilos tal-Kunsilli Lokali biex inaqqas il-konvenjenza fil-lokalita’ tiegħu u issa se nibdluha, u tissemma fil-liġi, “biex idaħħal aktar fondi”. Mela dan ifisser biex il-Gvern idaħħal aktar taxxi mill-Kunsilli Lokali taħt l-artiklu 55.

Id-Deputat Nazzjonalista qal li r-reġjuni minflok ħamsa se jsiru sitta, forsi għal konvenjenza politika. Dan x’aktarx se ssir bi skop biex lil min ma jriduhx elett fil-Kunsill, jitfgħuh President tar-Reġjun. Dwar l-Assistenza ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, li jingħataw mis-sitt strutturi tal-Kumitati Reġjonali, imma trid in-nies esperti dawn għalihom.

Tenna li meta wieħed jara dan l-Abbozz, dan huwa mimli paġni, b’kodiċi ta’ etika u kodiċi ta’ protokoll biex idaħħalhom fi skeda ta’ liġi. Dawn imma kienu diġa jeżistu. Jekk ridna nagħmlu xi ħaġa tajba, naraw x’responsabbilitajiet, anke fil-qasam soċjali li setgħu jingħaddu lill-Kunsilli Lokali, bħal Bereġ u l-oqsma tal-anzjani, tfal, l-ambjent u dawk infrastrutturali. Għalkemm qegħdin ftit tard nistgħu nsaħħu lill-Kunsilli Lokali u mhux nimminawhom.

Chris Said qal li messna mil-lum stess naraw fejn se nieħdu lill-Kunsilli 10 snin oħra, rridu naħsbu fi-proċess ħalli ftit ftit jgħaddu għandhom responsabbilitajiet li bihom isaħħu l-lokalita;. Appella biex fi stadju ta’ Kumitat isir eżerċizzju li mhux fuq il-karta, ikunu vera Gvernijiet Lokali.