Lokali Parlament

Dmirna huwa li niddefendu l-wirt kuturali tagħna bl-għeruq u x-xnixel

Il-Lingwi huma l-għodda essenzjali tagħna.  Dan iddikjarah fil-Parlament d-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici waqt li kien qiegħed jitkellem f’dibattitu dwar l-Organisation International de la Francophonie li pajjiżna huwa osservatur fiha.

Pajjiżna għandu bżonn jassigura dejjem iktar li ċ-ċittadini tagħna, uliedna jitgħallmu iktar minn lingwa waħda.  Huwa essenzjali għalina li ma għandniex riżorsi materjali imma dawk umani fuq xhiex naħdmu li dawn nissudawhom.

Il-kelliem irrrefera għall-pass tajjeb li pajjiżna ngħaqad bi qbil taż-żewġ naħat tal-kamra bħala osservatur ma din l-organiżazzjoni. Din hija waħda li għandha 61 membru u 27 osservatur. Waħda li tħares li tagħti kontribut importanti fil-progress u żvilupp uman.

Fil-fatt l-kelliem rrefera għall-għanjiet prinċipali tagħha li wieħed ma għandux jsib ebda oġġezzjoni ta’ xejn, anzi li jsostnihom. It-tixrid tal-lingwa Franciża ma hiex theddida jew tibdil fl-identita tagħna, hija parti essenzjali mill-kultura sħiħa tagħna.

Il-kelliem fakkar kemm għad għandna dokumenti f’idejna li ħallewlna l-Kavallieri ta San Gwann li huma miktuba bil-Franciż li jridu jinqraw u jiġu analizzati. Punt li l-Professur Alan Blondy f’diversi kitbiet tiegħu wera.  

Mhux biss imma qed nitkellmu fuq lingwa li 60% ta dawk li jużawha huma żgħażagħ taħt it-30 sena u 55% jgħixu fil-kontinent Afrikan li għandu jkun mira għalina għat-tisħiħ ekonomiku fis-snin li ġejjin. Mhux biss imma irridu naraw x’effett lingwistiku se jkun hemm fl-Unjoni Ewropeja dejjem jekk ir-Renju Unit joħroġ u għalhekk tonqos l-użu tal-Ingliż fid-dokumenti uffiċjali.

Proprju fuq dan l-kelliem ddikjara li  għalhekk li hemm bżonn li nassiguraw li aktar studenti jiġu mgħallma din il-lingwa. Hemm bżonn ħidma ikbar hawn għax bejn l-2015 u l-2017 rajna tnaqqis ta’ elf student minn 7,620 student għall-6,060.

Mhux biss hemm bżonn li jinxtraw iktar kotba u e-books b’din il-lingwa biex jkunu jistgħu jiġu misselfa mill-libreriji pubbliċi tagħna postijiet fejn jista’ jsir ferm iktar. 

Il-kelliem faħħar ukoll l-fatt li l-organiżazzjoni tħares li xxerred l-valuri umanisti, l-paċi u d-demokrazzija. Dan huwa frott l-kelliem kompla jgħid ta’ ħidmet diversi kittieba u movimenti politiċi.

L-kelliem fakkar f’dak li qal Antoine de Saint-Exupery fil-ktieb tiegħu “Pilote de guerre “Je crois que la primaute de l’Homme fonde la seule Egalite et la seule liberte qui aient une signification.” (Għax il-Bniedem jiġi  l-ewwel li nistgħu nagħtu sens u sustanza għall-ugwaljanza u l-ġustizzja.) U dak li Centre Des Democrates Sociaux (l-partit demokristjan Franciż  Schumann  Robert fundatur tal-Ewropa magħquda) “Respecter sa digite c’est garantir son droit a la liberte.” Dawk li bħalna jħarsu lejn d-demokrazzija mhux bħala  parti minn  “regle du jeu” imma valur determinanti.

Pajjiżna għandu ħafna x’jitgħallem mingħand dawn l-bnedmin kompla l-kelliem. U wieħed jrid jgħid li tul dawn l-aħħar snin żidna sew r-rabtiet tagħna speċjalment li dħalna membri tal-Unjoni Ewropeja. Il-kelliem kompla jgħid “Pero nkun qiegħed nonqos f’dan li nsemmi żewġ persuni li għalija għenu f’din il-linja. L-ewwel l-mibki ħabib tagħna Jacques Barrot, Kummissarju Franċiż fl-unjoni li aħna onorajna b’ġieh ir-Repubblika u wiehed mid-diversi ambaxxaturi li konna fortunati li ġew f’pajjiżna Daniel Rondeau.”

Ghax hemm vokazzjoni ewropeja komuni u hemm ukoll dik mediterranja. Fil-ktieb tieghu Cartage dan l-ambaxxatur li kiteb dwarna ukoll. Jgħid “La Mediterranee , cet oute-mer don’t nous avons tous reve depuis Saint Louis , a ete la grande matrice de la France et de l’Europe (cet assemblage de nations complementaires) auxquelles elle a transmis un ensamble de valeur stables theism juif, philosophie platonicienne, revolution chritienne, tradition romaine, conaissance de l’arabite.”

Iva, kompla jgħid, aħna lkoll parti minn dan l-wirt ta’ valuri ta’ ideat ta’ kultura li sawruna u jiddistingwuna. Waħda li ma għandniex nitilfu f’dinja li trid tkisser l-valuri etiċi nsara tagħna. Waħda li għandna dmir li nissudaw u nxerrdu.